Hey visitor!

Check out my new picture gallery
and my favourite links

Hakmiet Differenti

 Il-Hakma Gharbija

Meta l-qawwiet Gharab kient qeghdin jahtfu artijiet kemm setghu mill-Mediterran, mill-Afrika ta' fuq dawru ghajnejhom lejn Sqallija. Wara glied qalil mal-Bizantini, li kienu jahkmu lil dik il-gzira, irnexxielhom jehduha. Ghamlu 'l Palermo l-belt kapitali u minn hemm daru lejn Malta.

Waqt dan il-glied, il-Maltin ghonja u ta' setgha, li kienu midhla sewwa tal-kultura Bizantina, probabilment hasbu ghal rashom u telqu lejn l-Italja ta'isfel. F'Malta baqa' biss il-popolin: il-bdiewa, ir-rahhala u s-sajjieda. Ghalhekk meta ghas-sena 869-870 l-Gharab hatfu 'l-gzejjer Maltin, ma tantx nahsbu li setghu sabu oppozizzjoni.

Ma nsibux li l-Gharab gieghlu lill-Maltin jibdlu r-religjon taghhom. Irridu niftakru li dawn il-gzejjer kienu ilhom Insara ghal aktar minn erba' jew hames mitt sena u l-Koran jghid li l-Musulmani ma kellhomx ifixklu r-religjon ta' dawk kollha tal-Ktieb, jigifieri l-Lhud u l-Insara. Probabbli l-Gharab kienu jqisu lill-Maltin bhala dhimmi.

Meta l-Bizantini regghu ppruvaw jiehdu lil Malta nqala' ghawg kbir. X'gara ezatt ma nafux hlief li ma rnexxilhomx. Jista' jkun li l-Maltin kienu ppruvaw jiftiehmu mal-Bizantini kontra l-Gharab. Nafu zgur li f'Malta, f'dan iz-zmien sar hafna tifrik u tkissir, u, imnaqqxa fuq kastell maghruf bhala Qasr Habusi go Susa fit-Tunezija, insibu kitba li tghid: "Kulma hawn f'dan it-torri ta' blat maqtugh jew Kolonni tar-rham hu minn kisbet Malta."

Snin twal wara, meta l-Bizantini regghu thajru jahbtu ghal Malta mill-gdid, l-Gharab hakkiema zieghlu bil-Maltin biex jghinuhom. Kien hemm bil-bosta aktar ilsiera milli kien hemm Gharab u ghalhekk forsi weghduhom li jehilsuhom mill-jasar. Il-Maltin din id-darba zammew ma' l-Gharab u ggieldu maghhom kontra l-Bizantini. Il-Bizantini, li kienu ghedewwa kbar ta' l-Gharab, tharbtu ghal kollox u fil-gzejjer Maltin waqghet il-paci taht il-mexxejja Gharab li, wara kollox, ma jidhirx li ttrattaw lill-Maltin hazin. Aktarx li hafna Maltin u Gharab izzewgu bejniethom u bosta Maltin qalbu Musulmani (jekk kienx ghax tassew riedu jaghmlu hekk jew jekk kienx biex jevitaw li jhallsu l-harag ma nafux). Nahsbu hekk ghax zgur li meta zmien wara waslu n-Normanni f'Malta, sabu li kien hawn hafna anqas Insara minn Lhud jew Musulmani. Fil-fatt kellhom jigu xi missjunarji minn Sqallija biex jergghu jikkonvertu lill-Maltin ghall- Kristjanezmu.

Kemm damu fil-gzejjer taghna, l-Gharab hallew bosta affarijiet, li whud minnhom ghadna naraw l-effetti taghhom sa llum. L-ewwel u qabel kollox hemm ilsienna. Kien f'dan iz-zmien li l-lingwa taghna hadet l-gheruq taghha b'mod il ghadha Semitika sa llum, minkejja l-mijiet kbar ta' snin ta' influwenza qawwija Ewropea. It-toponomija Maltija - ismijiet ta' postijiet - ghadha tfakkarna f'dawn iz-zminijet. Ismijiet bhall- Imdina, ir-Rabat, iz-Zejtun, l-Iklin, Ghajn Dwieli u bosta ohrajn ghadhom xhieda hajja ta' l-influenza ta' l-Gharab f'Malta. Jahsbu wkoll li bhal f'pajjizi ohrajn, l-Gharab gabu hafna gid maghhom: is-sienja u l-qoton, il-lumi u l-laring u bosta hwejjeg ohrajn.

Iktar dwar il-Hakma Gharbija:

Ghalkemm il-hakma Gharbija damet biss sa l-1091, in-Normanni li hadu lil Malta minn idejn l-Gharab hallew lill-Musulmani u l-Gharbi sar l-ilsien komuni taghhom. Aktar minn seklu wara, fl-1224, il-Musulmani sfaw imkeccija, imma l-ilsien taghhom – li sadattant kien evolva fi djalett Gharbi lokali – baqa’ u s’issa kien inqata’ sew mit-tradizzjonijiet skulari tal-lingwa omm.

       Dan kien mument importanti hafna fl-istorja tal-lingwa. Id-dilemma lingwistika l-izjed qawwija ta’ l-ilsien Gharbi – id-diglossija, jew id-differenza bejn l-ilsien miktub u dak mitkellem – trazznet bit-tkeccija tal-Musulmani, imma din il-grajja kabbret il-problemi, bhalma huma l-bilingwizmu, it-tahlit tal-kliem u l-code switching. Dan ta’ l-ahhar huwa t-terminu tekniku ghall-bdil bejn zewg ilsna fl-istess konverzazzjoni. Studjuzi esperti fl-Università ta’ Malta, li qed jahdmu fuq ricerka lingwistika avanzata, illum qed isibu dawn il-problemi affaxxinanti.

       Il-Malti modern huwa deskritt minn uhud mil-lingwisti bhala “lingwa mhallta” ta’ elementi Semitici, Romanzi u Inglizi, waqt li ohrajn isejhulu djalett Gharbi. Xi Nazzjonalisti Maltin, madwar mitt sena ilu, ipprezentaw il-Malti bhala qarib tal-Puniku tal-qedem; il-puristi tal-lum, min-naha l-ohra, ma jaqblux li l-Malti ghandu jissellef kliem mill-Ingliz u t-Taljan.

       M’hemmx dubju li sa minn Mejju 2004, meta Malta nghaqdet ma’ l-Unjoni Ewropa, il-Malti saf l-uniku lsien ufficcjali fl-Unjoni li ghandu nisel Gharbi. Dan jaghmel hafna Maltin kburin u nkwetati dwar is-simbolizmu kulturali li l-ilsien taghhom ghandu f’dinja li dejjem qed tickien.

       Ix-xoghlijiet ta’ Oliver Friggieri, il-poeta u kittieb ewlieni ta’ Malta, huma tradotti fir-Rumen, l-Ingliz, il-Bengali, is-Serbo-Kroat, it-Taljan u l-Gharbi. “Il-Malti jissopraviva” jghid Friggieri, “minhabba l-pozizzjoni geografika ta’ Malta, nofs triq bejn kelliema tal-Gharbi u dawk ta’ ilsna Romanzi. Il-lingwa taghna taghtina koezjoni, u tghinna biex nghaddu mill-process ta’ l-Ewropejizzazzjoni. Forsi ma nistghux nissopravivu minghajr l-Ingliz bhala t-tieni linwa imma zgur li nisparixxu minghajr il-Malti bhala l-ewwel lingwa taghna.” “Ahna l-Maltin dejjem konna izjed ghaqlin mill-hakkiema taghna” jghid Friggieri, hu u jirreferi ghan-Normanni, l-Angevini, l-Aragonizi, il-Kastiljani, il-Kavalieri, il-Francizi u l-Inglizi li lkoll segwew l-Gharab, u li hadd minnhom ma rnexxielu jimponi l-lingwa tieghu fuq il-gzira. “Anki l-Anglofoni li jigu jghixu hawnhekk jaqbdu l-intonazjonijiet u r-ritmi tad-diskors Malti, nofs triq bejn l-Gharbi u t-Taljan.” “Mod wiehed ta’ kif wiehed jisboq fil-ghaqal lill-hakkiem,” jghid Friggieri, “huwa li nkunu prudenti fl-ghazla bejn is-sinonimi ta’ nisel Rumanz u dak Gharbi. Fejn kollox huwa ugwali, nippreferi naghzel il-klema ta’ nisel Gharbi, ghax hafna drabi din hija izjed ghanja u multi-dimensjonali. Il-qarrejja tieghi, imqar jekk il-kelma ma tkunx fuq tarf ilsienhom, imma tkun f’rashom. Inhossni hieni li l-kotba tieghi jinsabu fil-Kajr u f’Tunis – forsi hemmhekk isibu xi haga minn taghhom ma’ genb il-kotba shabhom tal-post.”

       Fid-dizzjunarju definittiv Malti ta’ Guzè Aquilina, madwar 43 fil-mija tal-kliem ghandu nisel Gharbi, u madwar l-istess persentagg ghandu gheruq Taljani. Sitta fil-mija gej mill-Ingliz, u tlieta fil-mija gejjin mil-Latin jew ilsna Romanzi.

       Friggieri jaghti ezempju ta’ zewg kelmiet Maltin: it-tnejn gejjin mill-istess gherq Sqalli patire, u t-tnejn ifissru “tbatija” – imma b’konnotazzjonijiet differeni. Passjoni gejja mit-Taljan, u tbatija hija “semiticizzata” bis-sahha tal-produttività gholja tal-Gharbi. It-terminu jiddeskrivi l-kapacità ta’ lingwa tal-bazi li tissellef kliem fil-morfologija taghha, fil-grammatika u fis-sintassi. Ghalhekk, kliem missellef bhal patire jikseb sura lingwistika gdida biex jikkonforma mar-regoli tal-Gharbi.

       Fil-kaz ta’ tbatija, il-kelma originali patire kisbet sura gdida skond ir-regoli tal-formazzjoni Semitika tal-verb. Tbatija llum tfisser “sofferenza” jew “weggha” (Ing. suffering, hurt) in generali, waqt li passjoni tirreferi ghat-tbatija ta’ Kristu. “Imma la tahsibx li ahna l-Maltin nuzaw biss kliem Taljan biex nesprimu l-Kattolicezmu taghna,” iwissi Friggieri. Randan gej minn Ramadan, il-kelma Gharbija ghax-xahar Islamiku tas-sawm. Il-kelma Alla gejja minn Allah.

       Manwel Mifsud, tad-dipartiment tal-Malti fl-Università, huwa storiku tal-lingwa u jispjecjalizza fis-self tal-kliem. “Jien bdejt l-ewwel nistudja l-aspett Semitiku tal-Malti. Imma sfajt nistudja l-punt fejn l-Gharbi jieqaf biex jibda l-Malti. Rajt kif il-morfologija Semitika tal-Malti sofriet mill-istress tat-tahlit ta’ kliem ta’ malajr. Il-lingwa kellha jew tfejjaq lilha nfisha billi zzid kliem gdid inkella tmut.”

       Ir-ricerka ta’ Mifsud turi li kien hemm dghajfien fil-produttività tal-Gharbi fil-Malti. Per ezempju, kelma baranija llum hemm cans li tassorbi lilha nfisha fil-Malti aktar bhala gherq mizjud ma’ prefiss jew suffix, inkella milli bhala gherq ta’ tliet konsonanti fl-istil tal-Gharbi. Mifsud jghodd madwar 36 kelma mislufa minn ilsna Romanzi li ghaddew minn din it-trasformazzjoni.

       Mifsud jaghti l-ezempju tal-verb Ingliz fire fis-sens militari taghha. Fire sfat semiticizzata fil-Malti bhala fajjar li tfisser “titfa’ b’mod vjolenti” li huwa issa verb Semitiku intensiv. Ezempju iehor huwa pejjep mit-Taljan pipa li jfisser “to smoke.”

       Il-verb jpparkjaw li jfisser “to park a car” huwa analizzat hekk: l-gherq tal-kelma, park huwa verb Ingliz. L-inizjali p u t-tieni j huma zjidiet verbali Sqallin, u l-prefiss ji u s-suffiss aw huma formazzjonijiet verbali Gharab li juru l-prezent.

       Nomi mislufa jistghu wkoll ikunu semiticizzati u jiehdu l-forma tal-“plural miksur” fejn il-plural huwa ffurmat mhux biz-zjieda tas-suffiss imma bil-bdil ta’ l-istruttura interna kollha, bhas-singular yawm (“day”) u l-plural ayyam (“days”) fl-Gharbi. Ezempji Maltin mit-Taljan u l-Ingliz huma pizza-pizez; villa-vilel; skuna-skejjen; kitla-ktieli.

       Mifsud ghandu analogija helwa ghad-deskrizzjonijiet ta’ l-istorja ta’ lsien artu. “Jien nara l-Malti bhal dak l-iben il-hali li halla daru, jigifieri halla l-ilsien matern l-Gharbi, imbaghad tghallem hwejjeg ohra minn popli ohra, jigfieri ha mit-Taljan, l-Ingliz, il-Franciz u l-Isqalli u issa, fil-maturità tieghu ma jistax isib triqtu lura ghal rikonciljazzjoni shiha ma’ hutu, jigifieri d-djaletti l-ohra Gharab moderni.”

       Martin Zammit jghallem l-Gharbi fl-Università u qaleb il-ktieb ta’ Friggieri Koranta and Other Short Stories From Malta ghall-Gharbi. Zammit beda jhoss interess fl-Gharbi meta l-Prim Ministru Malti Duminku Mintoff ghamel it-taghlim tal-Gharbi obbligatorju fl-iskejjel sekondarji. Waqt li dakinhar hafna minn dawk li tghallmu l-Gharbi sa issa nsewh, illum l-istudenti tieghu huma aktar motivati.

       Il-Malti storiku hu suggett difficli ghall-istudju ghax sas-seklu dsatax rari kien jinkiteb. Il-kitba standard kienet accettata anqas minn seklu ilu. Ftit snin qabel dan, il-lingwisti riedu l-ittri Gharab ghax dawk Latini ma kinux jaqdu l-iskopijiet kollha. Eventwalment, l-ittri standard Latini kienu adottati imma dahlu l-hekk imsejha diacriticals (ittri dijakritici): il-ge u z-ze bit-tikka u l-he b’rasha maqtugha. L-ezempji bikrin ta’ Malti miktub kollha jinqdew bi traskrizzjonijiet idjosinkratici; dawn jirriflettu d-differenzi wiesgha bejn l-inhawi rurali u urbani u anki distinzjonijiet bejn Malta u Ghawdex.

       L-ewwel test dokumentat Malti huwa poema ta’ ghoxrin vers “Il-Kantilena” ta’ Pietru Caxaro. Inkitbet qrib l-1470. Rat id-dawl fl-1968 u l-lingwisti ma jistghux jaqblu jekk l-lingwa taghha hijiex forma arkajka tal-Malti jew djalett tal-Gharbi ghax l-unika kelma mhux Gharbija fit-test hija vintura li tfisser “xorti”. Fit-test naqraw: “Min ibidill il miken ibidill il vintura” (Ing. “He who changes his place changes his luck,” u din hi traduzzjoni ta’ qawl Sqalli kontemporanju, Cui muta locu muta vintura).

       Vizitaturi barranin f’Malta sa minn zmien ilu stqarrew l-istramberija tal-lingwa. L-appostlu Pawlu nawfragat fuq il-gzira fis-sena 60 sejjah l-abitanti barbaroi ghax kienu jitkellmu lsien mhux mifhum. Fl-1663, l-Ingliz Philip Skippon innota li “in-nattivi tal-pajjiz jitkellmu ftit li xejn Taljan imma speci ta’ Gharbi bhal tal-Mori.”

       F’nofs is-seklu tmintax, il-grammatiku Malti Agius de Soldanis nizzel bil-miktub djalogi bejn il-bdiewa. Dawn id-djalogi llum jidhru li huma eqreb lejn l-Gharbi arkajk milli lejn il-Malti modern. Dan kien ftit ghexieren ta’ snin qabel Mikiel Anton Vassalli gabar il-leksikon Malti-Taljan-Latin u li fih identifika hames djaletti regjunali f’Malta u Ghawdex.

 

Ghawdex

       Zjara lill-gzira ta’ Ghawdex illum tehodna lingwistikament lura fiz-zmien ghal zminijiet bikrija, minkejja l-fatt li Ghawdex huwa biss ghoxrin minuta boghod minn Malta. Id-djalett Ghawdxi ghandu effett qawwi fuq il-Maltin tal-gzira principali u ma hemmx dubju li d-djalett ta’ Ghawdex jevoka certa ruralità izolata. Il-Malti ta’ Ghawdex zamm l-lehen ta’ h li ntilfet fil-Malti ta’ Malta, u l-qe ghadha ppronunzjata fil-hoss originali taghha – xi haga li ntilfet imqar fl-Gharbi tal-Kajr. L-ex-president tar-Repubbliku Dr. Censu Tabone hu Ghawdxi u l-pronuncja tieghu f’okkazjonijiet statali dejjem gibdet l-attenzjoni – mhux dejjem favorevoli – lejn l-gheruq tieghu.

       Kien propju f’Ghawdex li wahda mill-iprem relikwi lingwistici kienet instabet: ghatu ta’ qabar Gharbi li jmur lura ghall-1174, wara l-hakma Normanna imma qabel it-tkeccija tal-Musulmani. Il-blata kienet maghmula minn bicca rhama Rumana u l-kliem huwa miktub bl-istil Kufiku. Instabet qrib ir-rahal tax-Xewkija u tfakkar mara jisimha Majmuna, bint Hassan ibn ‘Ali al-Hudali. Fiha poema Gharbija f’metru msejjah basit:

          Hares madwarek! Jewwilla hemm xi haga li tibqa’ ghal dejjem?

          Xi haga li ma tintrebahx bil-mewt?

          Sa l-palazz il-mewt haditli!

          La l-bibien u lanqas s-skakar ma harsuni minnha.

          Kull ma ghamilt jibqa’ u ghad jisfa mfakkar.

       Margaret Attard, mara ta’ 60 sena li ghandha hanut fir-rahal tax-Xaghra, tiftakar meta kienet tahdem Malta u kienet tipprova tahbi d-djalett Ghawdxi taghha. Attard taf li l-lingwa taghha hija qrib l-Gharbi – tant hu hekk, li meta kienet l-Italja, hasbuha Gharbija. Attard tirrikonoxxi l-kontribut lingwistiku tal-Gharbi fl-ilsien Malti u l-istorja ta’ Malta. “Kunjomi gej mill-kelma Gharbi attar, li jfisser “wiehed li johloq il-fwejjah,” qalet Attard, ghalkemm huwa aktar probabbli li l-kunjom gej mill-kunjom Sqalli Attardo.

       In-neguzjant Malti-Palestinjan Hani Abdalla ghex Malta ghal 25 sena. Martu hija Maltija u wliedu jitkellmu bil-Malti. Huwa fluwenti fl-ilsien adottiv tieghu. Hu jghid li jhossu aktar komdu jitkellem bil-Malti milli bi djaletti Gharbi li m’huwiex tieghu. Per ezempju, il-kelma ghal “now” kemm bil-Malti kif ukoll fl-Gharbi tal-Palestina hija issaa‘a, mill-gherq Gharbi saa‘a, li tfisser “siegha”. Fl-Gharbi Egizzjan, il-kelma ghal “now” hija dil-waqti, u fl-Gharbi tal-Yemen, hija al-aan. It-terminu generiku bil-Malti ghal ragel anzjan sewwa hija xih akka, mill-Gharbi Shaykh Akka – “ragel imdahhal fiz-zmien minn Akri,” il-belt fuq ix-xtajta tal-Mediterran madwar 50 kilometru ’l boghod minn fejn twieled Hani Abdalla f’Jenin.

       Kultant Abdalla, bhal Attard, malajr jaghti l-impressjoni ta’ gheruq Gharab meta fil-fatt m’huwiex il-kaz. “Dejjem kont nahseb li l-avverbju Malti bil-mod, li jfisser “slowly”, kien kelma li gejja mill-prepozizzjoni Gharbija bi maghqud man-nom al-mawt, li jfisser “with death”. Imma dan l-ahhar tghallimt li gej mit-Taljan modo li jfisser “manner”, xorta wahda bil-prepozizzjoni Gharbija. Zammit – li semmejna qabel – jinnota kif kliem Gharbi u espressjonijiet Misilma dahlu fil-Malti imma hadu tifsira Nisranija. “Hu l-kelma antika Maltija gilwa. Ghalina tfisser ‘purcissjoni ta’ zwieg Nisrani,’ imma fis-sewwa hi mnissla mill-verb Gharbi jalaa, li jfisser “tnehhi l-velu” jew “tirrivela”; riferiment ghal dak il-waqt fiz-zwieg Musulman meta l-gharusa tnehhi l-velu quddiem zewgha.”

       Fil-belt qadima ta’ l-Imdina – isem li originarjament ifisser “belt” bil-Gharbi – madinah – Zammit jinnota li n-nies kuljum jimxu fi Triq Miskita. Issa “triq” gejja mill-Gharbi “tariq” u mill-Ispanjol mesquita li tfisser “moskea”, ghalkemm ftit jafu li kien hemm moskea f’dik it-triq.

       Arnold Cassola, professur tal-Malti fl-Università ta’ Malta ghandu perspettiva specjali fuq il-patrunagg imhallat tal-Malti u l-vantaggi li dan igib fl-Unjoni Ewropea. “Fl-arblu tar-razza tal-familja tieghi hemm kunjomijiet Germanizi, Gharab, Inglizi u Taljani... Malta hija stat-nazzjoni fi hdan l-UE u dan jirrifletti l-unità u d-diversità taghha.”

       Ir-ricerka akkademika ta’ Cassola wriet kif il-Malti, mitkellem minn 17,000 persuna fl-1530 baqa’ haj matul il-hakma tal-Kavalieri li waslu Malta f’dik is-sena u kienu madwar 3000. Wara gew hafna immigranti Sqallin-Taljani. Billi li l-kavalieri qasmu l-Ordni fi tmien ilsna, il-Malti gawda minn dan il-principju ta’ “divide and conquer”: iffaccjat minn tmien ilsna, il-Malti sar l-ilsien li jghaqqad, il-lingua franca. Fl-1987, Cassola skopra grammatika Maltija anonima u lista ta’ kliem aktarx mis-seklu 17. Kapitlu minnhom ghandu titlu nofsu Malti u nofsu Franciz: Lta’lim a ‘l Soldat: Methode pour Faire l’Exercise des Armes en Langue Maltoise (Istruzzjoni ghas-Suldati: Kif tipprattika l-Manwal ta’ l-Armi fl-Ilsien Malti).

       “Bil-Malti ghandna qawl,” jghid Cassola, “tkellem bil-Malti jekk tridni nifhmek.” U kull kelma minn dak il-kliem ghandha nisel Gharbi.